Dawn il-lapidi kienu jghattu l-Oqbra fil-Knisja Parrokkjali l-antika meta kien isir id-dfin fil-Knisja imsemmija. Illum il-gurnata dawn jinsabu ppreservati fil-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar.
Kwadru ta' Marija Addolorata, xoghol il-pittur Oscar Testa (1950). Dan jinsab fil-Kappella tac-Cimiterju Parrokkjali.
Statwi tal-gebel li jirraprezentaw lil San Pietru u San Pawl. Dawn kienu jaghmlu parti mill-kor tal-Knisja Parrokkjali qabel din intlaqtet fil-gwerra nhar id-9 t'April 1942.